23.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 432/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Kassazzjoni, l-Italja) – Gennaro Cafaro vs DQ

(Kawża C-396/18) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (UE) Nru 1178/2011 - Anness I, punt FCL.065 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Artikolu 2(5) - Artikolu 4(1) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol fl-età ta’ 60 sena - Piloti ta’ inġenji tal-ajru - Protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali)

(2019/C 432/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Qorti tal-Kassazzjoni, l-Italja

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gennaro Cafaro

Konvenuta: DQ

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol tal-piloti impjegati minn kumpannija li topera inġenji tal-ajru fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali ta’ Stat Membru meta jilħqu l-età ta’ 60 sena, sakemm tali leġiżlazzjoni hija neċessarja għas-sigurtà pubblika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.

2)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi t-tmiem awtomatiku tar-relazzjoni ta’ xogħol tal-piloti impjegati minn kumpannija li topera inġenji tal-ajru fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali ta’ Stat Membru meta jilħqu l-età ta’ 60 sena, sakemm tali leġiżlazzjoni hija proporzjonata, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika dan.


(1)  ĠU C 352, 1.10.2018.