|
11.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 383/28 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy Lublin-Wschód w Lublinie z siedzibą w Świdniku - il-Polonja) – Lexitor Sp. z o.o vs Spółdzielcza Kasa Oszczędnościowo - Kredytowa im. Franciszka Stefczyka, Santander Consumer Bank S.A., mBank S.A.
(Kawża C-383/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratti ta’ kreditu għall-konsumatur - Direttiva 2008/48/KE - Artikolu 16(1) - Ħlas lura kmieni - Dritt tal-konsumatur għal tnaqqis fl-ispiża totali tal-kreditu korrispondenti għall-interessi u għall-ispejjeż dovuti fir-rigward tat-terminu rimanenti tal-kuntratt)
(2019/C 383/30)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy Lublin-Wschód w Lublinie z siedzibą w Świdniku
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Lexitor Sp. z o.o
Konvenuti: Spółdzielcza Kasa Oszczędnościowo - Kredytowa im. Franciszka Stefczyka, Santander Consumer Bank S.A., mBank S.A.
Dispożittiv
L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt tal-konsumatur għat-tnaqqis tal-ispejjeż totali tal-kreditu f’każ ta’ ħlas lura kmieni jinkludi l-ispejjeż kollha imposti fuq il-konsumatur.