23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia - l-Italja) – Eni SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze (C-364/18), Shell Italia E & P SpA vs Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità di Regolazione per l’Energia, Reti e Ambiente, li kienet Autorità per l’energia elettrica e il gas e il sistema idrico (C-365/18)
(Kawżi magħquda C-364/18 u C-365/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 94/22/KE - Enerġija - Kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi - Tariffi - Metodi għall-kalkolu - Parametru QE u Indiċi Pfor - Natura diskriminatorja)
(2019/C 432/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
(Kawża C-364/18)
Rikorrent: Eni SpA
Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze
fil-preżenza ta’: Autorità di Regolazione per l’Energia, Reti e Ambiente, li kienet Autorità per l’energia elettrica e il gas e il sistema idrico, Regione Basilicata, Comune di Viggiano, Regione Calabria, Comune di Ravenna, Assomineraria
(Kawża C-365/18)
Rikorrenti: Shell Italia E & P SpA
Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità di Regolazione per l’Energia, Reti e Ambiente, li kienet Autorità per l’energia elettrica e il gas e il sistema idrico
fil-preżenza ta’: Regione Basilicata, Comune di Viggiano, Assomineraria
Dispożittiv
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarbur, moqri fid-dawl tas-sitt premessa tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema l-ammont tat-tariffi dovuti mid-detenturi ta’ konċessjonijiet ta’ produzzjoni ta’ gass naturali huwa kkalkulat skont parametru bbażat fuq il-kontribuzzjonijiet taż-żejt u ta’ kombustibbli oħrajn għal żmien medju u fit-tul u mhux fuq parametru li jirrifletti l-prezz tas-suq għal żmien qasir tal-gass naturali.