5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szekszárdi Járásbíróság — l-Ungerija) — Ágnes Weil vs Géza Gulácsi

(Kawża C-361/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 66 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Materji ċivili u kummerċjali - Artikolu 1(1) u (2)(a) - Materji esklużi - Effetti matrimonjali - Artikolu 54 - Talba għall-ħruġ taċ-ċertifikat li jiċċertifika li d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti ta’ oriġini hija eżekuttiva - Deċiżjoni ġudizzjarja dwar dejn li jirriżulta mill-ħall tad-drittijiet ta’ proprjetà li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ sħubija de facto)

(2019/C 263/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szekszárdi Járásbíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ágnes Weil

Konvenut: Géza Gulácsi

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 54 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għal ħruġ ta’ ċertifikat li jiċċertifika li deċiżjoni mogħtija mill-qorti ta’ oriġini hija eżekuttiva għandha, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fiha l-qorti li tat id-deċiżjoni li għandha tiġi eżegwita ma ddeċidietx, fl-adozzjoni tagħha, dwar l-applikabbiltà ta’ dan ir-regolament, tivverifika jekk it-tilwima taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.

2)

L-Artikolu 1(1) u (2)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha bħala suġġett talba għall-ħall tad-drittijiet tal-proprjetà li jirriżultaw minn relazzjoni ta’ sħubija de facto taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ dan il-paragrafu (1), u tidħol, għaldaqstant, fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ dan ir-regolament


(1)  ĠU C 311, 3.9.2018.