2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Salzburg, Bezirksgericht für Handelssachen Wien - l-Awstrija) – Barbara Rust-Hackner (C-355/18), Christian Gmoser (C-356/18), Bettina Plackner (C-357/18) vs Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreichet u KL vs UNIQA Österreich Versicherungen AG, LK vs DONAU Versicherung AG Vienna Insurance Group, MJ vs Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft, NI vs Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft (C-479/18)
(Kawżi magħquda C-355/18 sa C-357/18 u C-479/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Assigurazzjoni diretta għall-ħajja - Direttivi 90/619/KEE, 92/96/KEE, 2002/83/KE u 2009/138/KE - Dritt ta’ rinunzja - Informazzjoni żbaljata dwar il-modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja - Kundizzjonijiet formali tad-dikjarazzjoni ta’ rinunzja - Effetti fuq l-obbligi tal-impriża ta’ assigurazzjoni - Terminu - Skadenza tad-dritt ta’ rinunzja - Possibbiltà ta’ rinunzja wara x-xoljiment tal-kuntratt - Rimbors tal-valur tax-xiri mill-ġdid tal-kuntratt - Ħlas lura tal-primjums imħallsa - Dritt għall-interessi remunerattivi - Preskrizzjoni)
(2020/C 68/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesgericht Salzburg, Bezirksgericht für Handelssachen Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Barbara Rust-Hackner (C-355/18), Christian Gmoser (C-356/18), Bettina Plackner (C-357/18), KL, LK, MJ, NI (C-479/18)
Konvenuti: Nürnberger Versicherung Aktiengesellschaft Österreich (C-355/18 sa C-357/18), UNIQA Österreich Versicherungen AG, DONAU Versicherung AG Vienna Insurance Group, Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft, Allianz Elementar Lebensversicherungs-Aktiengesellschaft (C-479/18)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 15(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE tat-8 ta’ Novembru 1990 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazjoni diretta għall-ħajja, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE tal-10 ta’ Novembru 1992 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja), l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, kif ukoll l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II), moqri flimkien mal-Artikolu 186(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja għal kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja jibda jiddekorri mill-mument li fih id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jiġi informat li l-kuntratt huwa konkluż, anki jekk l-informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni lil dan id-detentur
|
2) |
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni, dwar id-dritt ta’ rinunzja ta’ dan tal-aħħar, jew fil-preżenza ta’ informazzjoni mogħtija mill-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun tant żbaljata li ċċaħħad lid-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni mill-possibbiltà li jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, essenzjalment, fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li kienu jkunu applikabbli li kieku l-informazzjoni kienet preċiża, it-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rinunzja ma jiddekorrix, anki jekk id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni sar jaf bl-eżistenza tad-dritt ta’ rinunzja b’mezzi oħra. |
3) |
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, moqri flimkien mal-Artikolu 31 tad-Direttiva 92/96, u l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, ladarba jiġi xolt il-kuntratt u ladarba jiġu ssodisfatti l-obbligi kollha li joħorġu minnu, fosthom b’mod partikolari l-ħlas, mill-impriża ta’ assigurazzjoni, tal-valur tax-xiri mill-ġdid, id-detentur tal-polza ta’ assigurazzjoni jkun għadu jista’ jeżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, kemm il-darba d-dritt applikabbli għall-kuntratt ma jirregolax l-effetti legali tal-assenza ta’ informazzjoni dwar id-dritt ta’ rinunzja jew l-għoti ta’ informazzjoni żbaljata. |
4) |
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 u l-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2009/138 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-impriża ta’ assigurazzjoni hija obbligata tirrimborsa, lil detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, il-valur tax-xiri mill-ġdid biss. |
5) |
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 90/619, kif emendata bid-Direttiva 92/96, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2002/83 u l-Artikolu 186(1) tad-Direttiva 2009/138 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin għall-eżerċizzju tad-dritt għall-interessi remunerattivi marbut mal-ħlas lura ta’ somom imħallsa indebitament mitlub minn detentur ta’ polza ta’ assigurazzjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ rinunzja tiegħu, kemm-il darba l-iffissar ta’ tali terminu ma jdaħħalx inkwistjoni l-effettività tad-dritt ta’ rinunzja ta’ dan id-detentur, punt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju fil-Kawża C-479/18. |