29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Ostravě — pobočka v Olomouci — ir-Repubblika Ċeka) — KORADO, a.s./Generální ředitelství cel

(Kawża C-306/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Partijiet tal-azzar iwweldjati - Radjaturi għal tisħin ċentrali, mhux imsaħħnin bl-elettriku - Intestaturi 7307 u 7322 - Kunċett ta’ “partijiet” ta’ radjaturi u ta’ “tagħmir ta’ tubi u pajpijiet” - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/23 - Validità)

(2019/C 255/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ostravě — pobočka v Olomouci

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KORADO, a.s.

Konvenuta: Generální ředitelství cel

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014, għandha tiġi interpretata fis-sens li partijiet tal-azzar iwweldjati bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhom jiġu kklassifikati, bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju tal-informazzjoni fattwali kollha quddiemha, fl-intestatura 7307 tan-Nomenklatura Magħquda, bħala “tagħmir ta’ tubi u pajpijiet”.


(1)  ĠU C 240, 9.7.2018.