16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État - Franza) – UPM France vs Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-270/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u fuq l-elettriku - It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) - Eżenzjoni favur produtturi żgħar tal-elettriku, bil-kundizzjoni li jiġi ntaxxat l-elettriku prodott - Assenza, matul perijodu tranżitorju awtorizzat, ta’ taxxa interna fuq il-konsum finali ta’ elettriku - Artikolu 14(1)(a) - Obbligu ta’ eżenzjoni tal-prodotti ta’ enerġija u tal-elettriku użati għall-produzzjoni tal-elettriku)

(2019/C 423/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UPM France

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Action et des Comptes publics

Dispożittiv

It-tieni sentenza tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-eżenzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni għall-produtturi ż-żgħar tal-elettriku, bil-kundizzjoni li, b’deroga mill-Artikolu 14(1)(a) ta’ din id-direttiva, il-prodotti ta’ enerġija użati sabiex jiġi prodott dan l-elettriku jiġu ntaxxati, ma setgħetx tiġi applikata mir-Repubblika Franċiża matul il-perijodu tranżitorju li kien ingħata lilha, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(10) tal-imsemmija direttiva, sal-1 ta’ Jannar 2009 u li matulu dan l-Istat Membru ma stabbilixxiex is-sistema ta’ tassazzjoni tal-elettriku prevista mill-istess direttiva.


(1)  ĠU C 211, 18.6.2018.