17.6.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Syndicat des cadres de la sécurité intérieure vs Premier ministre, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-254/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/88/KE - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Ħin massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa - Perijodu ta’ referenza - Natura varjabbli jew fissa - Deroga - Uffiċjali tal-pulizija)

(2019/C 206/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat des cadres de la sécurité intérieure

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics

Dispożittiv

L-Artikolu 6(b), l-Artikolu 16(b) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-finijiet tal-kalkolu tal-ħin medju ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa, perijodi ta’ referenza li jibdew u jintemmu f’dati kalendarji fissi, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni tkun tinkludi mekkaniżmi li jippermettu li jiġi żgurat li l-ħin medju massimu ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa ta’ 48 siegħa jiġi osservat matul kull perijodu ta’ sitt xhur maqsum fuq żewġ perijodi ta’ referenza fissi suċċessivi.


(1)  ĠU C 211, 18.6.2018.