25.11.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Holland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Trace Sport vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Eindhoven

(Kawża C-251/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali - Dazji antidumping - Importazzjoni ta’ roti mibgħuta mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija - Estensjoni, għal dawn il-pajjiżi, tad-dazju antidumping definittiv impost fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 501/2013 - Validità - Ammissibbiltà - Assenza ta’ preżentata ta’ rikors għal annullament mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali - Importatur assoċjat - Locus standi għal annullament - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 13 - Evażjoni - Artikolu 18 - Nuqqas ta’ kooperazzjoni - Prova - Sensiela ta’ indizji)

(2019/C 399/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trace Sport

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Eindhoven

Dispożittiv

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad-29 ta’ Mejju 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le, huwa invalidu sa fejn japplika għall-importazzjonijiet ta’ roti mibgħuta mis-Sri Lanka, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dan il-pajjiż kif ukoll jekk le.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2018.