1.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ May 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

(Kawża C-250/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2008/98/KE - Trattament tal-iskart - Artikolu 5(1) - Massa ta’ ġebel li ma tissodisfax il-kunċett ta’ “prodott sekondarju” - Artikolu 13 - Obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent - Artikolu 15(1) - Obbligu li l-iskart jiġi ttrattat mid-detentur tiegħu jew minn persuni oħra maħtura)

(2019/C 220/11)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Mataija, F. Thiran u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Kroazja (rappreżentanti: T. Galli u M. Vidović, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma kkonstatatx li l-massa ta’ ġebel mibgħuta għar-rimi f’Biljane Donje (il-Kroazja) hija skart, u mhux prodott sekondarju, u hemm lok li tiġi ġestita bħala skart, ir-Repubblika ta’ Kroazja naqset mill-obbligi tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi;

Billi ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji biex tiżgura li l-ġestjoni tal-iskart mibgħut għar-rimi f’Biljane Donje jsir mingħajr ma titqiegħed fil-periklu s-saħħa tal-bniedem u mingħajr ma ssir ħsara għall-ambjent, ir-Repubblika ta’ Kroazja naqset mill-obbligi tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98.

Billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji biex tiżgura li d-detentur tal-iskart mibgħut għar-rimi f’Biljane Donje jittratta l-iskart huwa stess jew li jiġi ttrattat minn negozjant, stabbiliment jew impriża li jeffettwa tranżizzjonijiet ta’ trattament tal-iskart jew minn kollettur pubbliku jew privat tal-iskart, ir-Repubblika ta’ Kroazja naqset mill-obbligi tagħha bis-saħħa tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/98.

2)

Ir-Repubblika ta’ Kroazja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 200, 11.6.2018.