29.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Obvodní soud pro Prahu 8, ir-Repubblika Ċeka) – Libuše Králová vs Primera Air Scandinavia

(Kawża C-215/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Punt 1 tal-Artikolu 5 - Ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali - Artikoli 15 sa 17 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikoli 6 u 7 - Dritt ta’ kumpens fil-każ ta’ dewmien twil ta’ titjira - Kuntratt ta’ trasport li jikkombina vjaġġ u akkomodazzjoni konkluż bejn il-passiġġier u aġenzija tal-ivvjaġġar - Rikors għal kumpens dirett kontra t-trasportatur tal-ajru mhux parti f’dan il-kuntratt - Direttiva 90/314/KEE - Vjaġġ kollox kompriż)

(2020/C 215/05)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Obvodní soud pro Prahu 8

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Libuše Králová

Konvenuta: Primera Air Scandinavia

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier ta’ titjira li ġarrbet dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar jista’ jippreżenta rikors għal kumpens taħt l-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-regolament kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera, anki jekk dan il-passiġġier u dan it-trasportatur tal-ajru ma jkunux ikkonkludew kuntratt bejniethom u t-titjira inkwistjoni tkun tagħmel parti minn vjaġġ kollox kompriż li jaqa’ taħt id- Direttiva tal-Kunsill 90/314 tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż.

2)

Il-punt 1 tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li rikors għal kumpens ippreżentat bis-saħħa tar-Regolament Nru 261/2004 minn passiġġier kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji kuntrattwali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk ma jkun ġie konkluż ebda kuntratt bejn il-partijiet u t-titjira operata minn dan it-trasportatur tal-ajru kienet prevista minn kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż konkluż ma’ terzi li jinkludi wkoll akkomodazzjoni.

3)

L-Artikoli 15 sa 17 tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu interpretati fis-sens li rikors għal kumpens ippreżentat minn passiġġier kontra t-trasportatur tal-ajru li jopera, li miegħu dan il-passiġġier ma kkonkluda ebda kuntratt, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-artikoli relatati mal-ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mal-konsumaturi.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018