23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-209/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tad-Direttiva 2006/123/KE u tal-Artikoli 49 u 56 TFUE - Restrizzjonijiet u rekwiżiti dwar il-post tas-sede, il-forma legali, is-sehem fil-kapital u l-attivitajiet multidixxiplinari tal-kumpanniji ta’ inġiniera ċivili, ta’ aġenti tal-privattivi u ta’ veterinarji)

(2019/C 319/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u H. Tserepa-Lacombe, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: G. Hesse, aġent)

Intervenjenti instostenn tall-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u D. Klebs, sussegwentement minn D. Klebs, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi żammet ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ post tas-sede għall-kumpanniji ta’ inġiniera ċivili u ta’ aġenti tal-privattivi, ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ forma legali u ta’ żamma tal-kapital għall-kumpanniji ta’ inġiniera ċivili, ta’ aġenti tal-privattivi u ta’ veterinarji kif ukoll ir-restrizzjoni tal-attivitajiet multidixxiplinari għall-kumpanniji ta’ inġiniera ċivili u ta’ aġenti tal-privattivi, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-punt 1 tal-Artikolu 14, l-Artikolu 15(1), (2)(b) u (ċ), u (3), u l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 190, 4.6.2018.