6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Piotrkowie Trybunalskim — il-Polonja) — proċeduri kriminali kontra B. S.

(Kawża C-195/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - Direttiva 92/83/KEE - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “birra” - Birra prodotta minn most miksub minn taħlita li tinkludi iktar glukożju milli xgħir - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 2203 (birra magħmula minn xgħir (malt)) jew 2206 (xorb ieħor iffermentat)

(2019/C 155/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Piotrkowie Trybunalskim

Fil-proċeduri kriminali kontra:

B. S.

fil-preżenza ta’: Prokuratura Okręgowa w Piotrkowie Trybunalskim, Łódzki Urząd Celno-Skarbowy w Łodzi, Urząd Celno-Skarbowy w Piotrkowie Trybunalskim

Dispożittiv

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott intermedjarju, iddestinat li jitħallat ma’ xorb mhux alkoħoliku, li jinkiseb minn most li jinkludi inqas ingredjenti li fihom ix-xgħir milli ingredjenti li ma fihomx ix-xgħir u li fih ġie miżjud il-ġulepp tal-glukożju qabel il-proċess ta’ fermentazzjoni, jista’ jiġi kklassifikat bħala “birra magħmula minn xgħir” li taqa’ taħt l-intestatura 2203 tan-Nomenklatura Magħquda li jinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2587/91, tas-26 ta’ Lulju 1991, sakemm il-karatteristiċi organoleptiċi ta’ dan il-prodott jikkorrispondu ma’ dawk tal-birra, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 221, 25.6.2018.