5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — il-Ġermanja) — Google LLC vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-193/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 2(c) - Kunċett ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” - Trażmissjoni ta’ sinjali - Servizz ta’ posta elettronika fuq l-internet - Servizz Gmail)

(2019/C 263/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Google LLC

Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ posta elettronika fuq l-Internet li ma jinkludix aċċess għall-Internet, bħas-servizz Gmail ipprovdut minn Google, ma jikkonsistix kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu, fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u għaldaqstant ma jikkostitwixxix “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 211, 18.06.2018.