9.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 77/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2020 – MSD Animal Health Innovation GmbH, Intervet international BV vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
(Kawża C-178/18 P) (1)
(Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Artikolu 4(3) - Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Dokumenti mibgħuta lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u ppreżentati fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali għall-użu veterinarju - Deċiżjoni biex terza persuna tingħata aċċess għad-dokumenti - Preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità - Assenza ta’ obbligu għal istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni Ewropea li japplika preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità)
(2020/C 77/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: MSD Animal Health Innovation GmbH, Intervet international BV (rappreżentanti: C. Thomas, Barrister, J. Stratford QC, B. Kelly, Solicitor u P. Bogaert, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: inizjalment minn T. Jabłoński, S. Marino, S. Drosos u A. Rusanov, sussegwentement minn T. Jabłoński, S. Marino, S. Drosos, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
MSD Animal Health Innovation GmbH u Intervet international BV huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Prodotti Mediċinali (EMA). |