16.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-7 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (ir-Renju Unit) – Safeway Ltd vs Andrew Richard Newton, Safeway Pension Trustees Ltd
(Kawża C-171/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Artikolu 119 tat-Trattat KE (li sar, wara emenda, l-Artikolu 141 KE) - Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa - Ugwaljanza fir-remunerazzjoni - Skema professjonali privata ta’ pensjonijiet ta’ rtirar - Età normali tal-irtirar iddifferenzjata skont is-sess - Data ta’ adozzjoni ta’ miżuri li jistabbilixxu mill-ġdid l-ugwaljanza fit-trattament - Ugwalizzazzjoni retroattiva ta’ din l-età ma’ dik tal-persuni li qabel kienu żvantaġġati)
(2019/C 423/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Safeway Ltd
Konvenuti: Andrew Richard Newton, Safeway Pension Trustees Ltd
Dispożittiv
L-Artikolu 119 tat-Trattat KE (li sar, wara emenda, l-Artikolu 141 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, fl-assenza ta’ ġustifikazzjoni oġġettiva, li skema tal-pensjoni tadotta, sabiex ittemm diskriminazzjoni li tmur kontra din id-dispożizzjoni, li tirriżulta mill-iffissar ta’ età normali tal-irtirar differenti skont is-sess, miżura li tirrendi uniformi, b’mod retroattiv, l-età normali tal-irtirar tal-affiljati ta’ din l-iskema ma’ dik tal-persuni fil-kategorija li qabel kienet żvantaġġata, għall-perijodu bejn l-avviż u l-adozzjoni ta’ din il-miżura, anki meta tali miżura tkun awtorizzata mid-dritt nazzjonali u mill-att kostituttiv ta’ din l-iskema tal-pensjoni.