9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Nederland — il-Pajjiżi l-Baxxi) — HQ, IP, legalment irrappreżentat minn HQ, JO vs Aegean Airlines SA

(Kawża C-163/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet - Kanċellazzjoni ta’ titjira - Assistenza - Dritt għar-rimbors tal-biljett tal-ajru mit-trasportatur tal-ajru - Artikolu 8(2) - Vjaġġ kollox kompriż - Direttiva 90/314/KEE - Falliment tal-organizzatur tal-vjaġġi)

(2019/C 305/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HQ, IP, legalment irrappreżentat minn HQ, JO

Konvenuta: Aegean Airlines SA

Dispożittiv

L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li għandu, skont id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż, id-dritt li jikkuntattja lill-organizzatur tal-vjaġġi tiegħu sabiex jikseb ir-rimbors tal-biljett tal-ajru tiegħu, ma għandux iktar, għalhekk, il-possibbiltà li jitlob ir-rimbors ta’ dak il-biljett mingħand it-trasportatur tal-ajru abbażi ta’ dak ir-regolament, inkluż meta l-organizzatur tal-vjaġġi ma jkunx jista’ finanzjarjament jirrimborsa l-biljett u ma jkun ħa l-ebda miżura biex jiżgura dan.


(1)  ĠU C 182, 28.05.2018.