29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret — id-Danimarka) — Skatteministeriet vs Estron A/S

(Kawża C-138/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Konnetturi għal apparat tas-smigħ - Partijiet u aċċessorji - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 85444290, 90214000 u 90219010)

(2019/C 255/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteministeriet

Konvenuta: Estron A/S

Dispożittiv

1)

In-Nota 2(a) tal-Kapitolu 90 tan-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008, moqri flimkien mar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-espressjoni “[b]ċejjeċ u aċċessorji li huma oġġetti nklużi f’xi waħda mill-intestaturi ta’ dan il-Kapitolu jew tal-Kapitolu 84, 85 jew 91”, li hija tinkludi, tirreferi biss għall-kodiċi b’erba’ ċifri ta’ dawn il-kapitoli.

2)

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq il-klassifikazzjoni tariffarja tal-konnetturi għall-apparat tas-smigħ inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tal-elementi pprovduti mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-risposta għad-domandi li għamlitilha l-qorti tar-rinviju.

3)

In-Nota 1(m) tat-Taqsima XVI tan-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament Nru 1031/2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li jekk merkanzija taqa’ taħt il-Kapitolu 90 tan-NM, hija ma tistax taqa’ wkoll taħt il-Kapitoli 84 u 85 tagħha.


(1)  ĠU C 166, 14.05.2018.