29.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Sabine Tuerck

(Kawża C-132/18 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba fil-kuntest ta’ skema tal-pensjoni nazzjonali lejn l-iskema tal-pensjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Tnaqqis tal-apprezzament li seħħ bejn id-data tal-applikazzjoni għal trasferiment u dik tat-trasferiment effettiv)

(2019/C 255/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, B. Mongin u L. Radu Bouyon, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Sabine Tuerck (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avocats)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.