3.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2019 – PGNiG Supply & Trading GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-117/18 P) (1)

(Appell - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Artikolu 32 - Access minn terzi - Artikolu 41(6), (8) u (10) - Regoli tariffarji - Artikolu 36 - Talba għal deroga - Modalitajiet ta’ tħaddim tal-pipeline tal-gass OPAL - Awtorità regolatorja nazzjonali - Deċiżjoni ta’ eżenzjoni - Talba għal modifika - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea - Rikors għal annullament - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Ammissibbiltà - Deċiżjoni li ma tikkonċernax direttament ir-rikorrenti)

(2020/C 36/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: PGNiG Supply & Trading GmbH (rappreżentanti: M. Jeżewski u O. Waluśkiewicz, adwokaci, E. Buczkowska u M. Trepka, radcowie prawni)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u O. Beynet, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-Kummissjoni: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze, sussegwentement minn J. Möller, aġent)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

PGNiG Supply & Trading GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018.