9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi Baxxi) – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs A, B, P

(Kawża C-70/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 2/76 - Artikolu 7 - Deċiżjoni Nru 1/80 - Artikolu 13 - Klawżoli ta’ “standstill” - Restrizzjoni ġdida - Ġbir, reġistrazzjoni u żamma ta’ data bijometrika ta’ ċittadini Torok f’fajl ċentrali - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Għan ta’ prevenzjoni u ta’ ġlieda kontra l-frodi tal-identità u dokumentarja - Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Dritt għall-protezzjoni ta’ data personali - Proporzjonalità)

(2019/C 413/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Konvenuti: A, B, P

Dispożittiv

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, imwaqqaf mill-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963, f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ residenza provviżorja favur ċittadini ta’ Stati terzi, inklużi ċittadini Torok, għall-kundizzjoni li d-data bijometrika tagħhom tinġabar, tiġi rreġistrata u tinżamm f’fajl ċentrali, tikkostitwixxi “restrizzjoni ġdida”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Tali restrizzjoni hija madankollu ġġustifikata mill-għan li jikkonsisti fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-frodi tal-identità u dokumentarja.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018