8.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio — l-Italja) — Antonio Pasquale Mastromartino vs Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

(Kawża C-53/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Swieq ta’ strumenti finanzjarji - Direttiva 2004/39/KE - Artikoli 8, 23, 50 u 51 - Kamp ta’ applikazzjoni - Konsulent finanzjarju barra mill-uffiċċji tal-impriża - Aġent li għandu l-istatus ta’ akkużat fi proċeduri kriminali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-possibbiltà li jiġi pprojbit b’mod temporanju l-eżerċizzju tal-attività - Libertajiet fundamentali - Sitwazzjoni purament interna - Inapplikabbiltà)

(2019/C 230/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Antonio Pasquale Mastromartino

Konvenuta: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)

Dispożittiv

Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, kif emendata permezz tad-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010, b’mod partikolari l-Artikoli 8, 23, 50 u 51 ta’ din, l-Artikoli 49 u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, projbizzjoni temporanja mill-eżerċizzju tal-attività ta’ konsulent finanzjarju barra mill-uffiċċji tal-impriża la taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, la taħt dak tal-Artikoli 49 u 56 TFUE, u lanqas taħt dak tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità. F’sitwazzjoni bħal din, l-Artikoli 8, 23, 50 u 51 ta’ din id-direttiva, l-Artikoli 49 u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità ma jipprekludux tali projbizzjoni.


(1)  ĠU C 142, 23.4.2018.