18.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-51/18) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1) - Prattika amministrattiva li tikkonsisti f’li jissuġġettaw għall-VAT ir-remunerazzjoni dovuta fuq il-bażi tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid lill-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti”)

(2019/C 65/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Gossement u B.-R. Killmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: G. Hesse, aġent)

Dispożittiv

1)

Sa fejn ipprevediet li r-remunerazzjoni dovuta fuq il-bażi tad-dritt tal-bejgħ mill-ġdid lill-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti hija suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 26.03.2018