13.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 10/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas - il-Litwanja) – Lietuvos Respublikos Seimo narių grupė

(Kawża C-2/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika Agrikola Komuni - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Ħalib u prodotti mill-ħalib - Regolament (UE) Nru 1308/2013 - Artikolu 148(4) - Kuntratt ta’ kunsinna ta’ ħalib mhux ipproċessat - Negozjar liberu tal-prezz - Ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali żleali - Projbizzjoni ta’ pagament ta’ prezzijiet differenti lill-produtturi ta’ ħalib mhux ipproċessat li jagħmlu parti minn grupp ikkostitwit skont il-kwantità mibjugħa kuljum u ta’ tnaqqis fil-prezz mingħajr ġustifikazzjoni)

(2020/C 10/05)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lietuvos Respublikos Seimo narių grupė

Fil-preżenza ta’: Lietuvos Respublikos Seimas

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 148(4) tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, kif emendat permezz tar-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 3(3) tal-Lietuvos Respublikos Ūkio subjektų, perkančių-parduodančių žalią pieną ir prekiaujančių pieno gaminiais, nesąžiningų veiksmų draudimo įstatymas Nr. XII 1907 (il-Liġi Nru XII 1907 tar-Repubblika tal-Litwanja, li Tipprojbixxi Prattiki Żleali min-naħa ta’ Operaturi Ekonomiċi meta Jixtru u Jbigħu Ħalib mhux Ipproċessat u meta Jikkummerċjalizzaw Prodotti tal-Ħalib), tal-25 ta’ Ġunju 2015, kif emendata permezz tal-Liġi tat-22 ta’ Diċembru 2015, li, bl-għan tal-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali żleali, tipprojbixxi lix-xerrejja ta’ ħalib mhux ipproċessat milli jħallsu prezz tax-xiri differenti lil produtturi li għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-istess grupp fir-rigward tal-kwantità ta’ ħalib mhux ipproċessat mibjugħ kuljum, li jkun ta’ kompożizzjoni u ta’ kwalità identiċi kif ukoll ikkunsinnat skont l-istess metodi, sa fejn l-imsemmija leġiżlazzjoni tkun xierqa sabiex tiggarantixxi l-ksib tal-għan segwit u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-imsemmi għan, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 148(4) tar-Regolament Nru 1308/2013, kif emendat permezz tar-Regolament 2017/2393, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik prevista fil-punt 3 tal-Artikolu 3(3) u fl-Artikolu 5 tal-Liġi Nru XII 1907 tar-Repubblika tal-Litwanja li Tipprojbixxi Prattiki Żleali min-naħa ta’ Operaturi Ekonomiċi meta Jixtru u Jbigħu Ħalib mhux Ipproċessat u meta Jikkummerċjalizzaw Prodotti tal-Ħalib, tal-25 ta’ Ġunju 2015, kif emendata permezz tal-Liġi tat-22 ta’ Diċembru 2015, li, bl-għan tal-ġlieda kontra l-prattiki kummerċjali żleali, tipprojbixxi lix-xerrej ta’ ħalib mhux ipproċessat milli jnaqqas, mingħajr ġustifikazzjoni, il-prezz miftiehem mal-produttur u li tissuġġetta kull tnaqqis fil-prezz b’iktar minn 3 % għal awtorizzazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti.


(1)  ĠU C 104, 19.3.2018.