Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal‑20 ta’ Settembru 2018 –Správa železniční dopravní cesty vs Il‑Kummissjoni u INEA

(Kawża T‑815/17)

“Rikors għal annullament – Għajnuna finanzjarja – Proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija – Servizzi ta’ ppjanar preliminari għal linja ġdida tal-ferrovija b’veloċità għolja Dresden-Praga – Deċiżjoni dwar l-ispejjeż eliġibbli – Identifikazzjoni żbaljata tal-konvenut – Assenza ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà”

1. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Kriterji – Deċiżjoni ta’ aġenzija eżekuttiva tal-Unjoni Ewropea li ma tqisx bħala eliġibbli ċerti spejjeż sostnuti waqt it-twettiq ta’ proġett benefiċjarju ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni – Assenjazzjoni diretta tal-organiżmu inkarigat bl-implementazzjoni tal-proġett imsemmi – Assenza

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 23 sa 29 u 40)

2. 

Drittijiet fundamentali – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Limiti – Osservanza tal-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikors

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

(ara l-punt 38)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-INEA tal‑11 ta’ Ottubru 2017 dwar id-dikjarazzjoni finanzjarja finali u l-eliġibbiltà tas-somom mitluba fil-kuntest tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni mogħtija għall-proġett ta’ interess komuni “Servizzi relatati mal-ippjanar preliminari għal linja ġdida tal-ferrovija b’veloċità għolja Dresden-Praga”.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huma miċħud bħala inammissibbli.

2) 

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mir-Repubblika Ċeka u mir-Repubblika tal-Polonja.

3) 

Správa železniční dopravní cesty, státní organizace għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA).

4) 

Správa železniční dopravní cesty, státní organizace, il-Kummissjoni, l-INEA, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.