Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal‑14 ta’ Ġunju 2018 –
Cambra Abaurrea vs Il‑Parlament et

Kawża T‑553/17

“Politika ekonomika u monetarja – Adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-Banco Popular Español – Rikors għal annullament – Inammissibbiltà parzjali – Awtur tal-att ikkontestat”

Rikors għal annullament–Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà–Rikors ippreżentat kontra l-awtur tal-att ikkontestat–Talba għall-annullamentta’ att tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni mressqa kontra il-Parlament u l-Kunsill–Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, Artikoli 18 u 29)

(ara l-punti 12 sa 16)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, tas‑7 ta’ Ġunju 2017, dwar skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-Banco Popular Español, S.A., u, sussidjarjament, talba għas-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud sa fejn ġie ppreżentat kontra il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2) 

Agustín Cambra Abaurrea huwa kkundannat għall-ispejjeż relatati mar-rikors ippreżentat kontra l-Parlament u l-Kunsill.