Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – António Conde & Companhia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-244/17 R)
“Miżuri provviżorji — Dgħajsa tas-sajd — Organizzazzjoni tal-pixkeriji tal-Majjistral tal-Atlantiku — Ammissibbiltà — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ interess”
|
1. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji–Sospensjoni tal-eżekuzzjoni–Miżuri provviżorji–Kundizzjonijiet għall-għoti–“Fumus boni juris”–Urġenza–Dannu gravi u irreparabbli–Natura kumulattiva–Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika–Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji–Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 9-12) |
|
2. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji–Miżuri provviżorji–Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà–Interess tar-rikorrent li jikseb il-miżura mitluba–Talba intiża sabiex tingħata ordni lill-Kummissjoni sabiex tastjeni milli tagħmel pressjoni fuq Stat Membru sabiex jeskludi dgħajsa mil-lista ta’ dgħajjes awtorizzati jistagħdu fiż-żona regolatorja tal-organizzazzjoni tal-pixkeriji tal-Majjistral tal-Atlantiku–Lista li diġà ġiet elaborata mill-imsemmi Stat Membru–Assenza ta’ interess–Inammissibbiltà (Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156) (ara l-punti 15-19, 22, 23) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji li jordnaw lill-Kummissjoni Ewropea tonqos milli teżerċita pressjoni fuq ir-Repubblika Portugiża sabiex teskludi d-dgħajsa tas-sajd Calvão mil-lista tad-dgħajjes bil-bandiera Portugiża awtorizzati sabiex jistadu fiż-żona regolatorja tal-OPMA.
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |