Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Mejju 2018 – Abel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-197/17)

Responsabbiltà mhux kuntrattwali  – Ambjent  – Adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ regolament dwar l-emissjonijiet niġġiesa minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi ħfief kummerċjali  – Talba għall-kumpens ta’ danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrenti  – Assenza ta’ natura reali u ċerta tad-dannu  – Sitwazzjoni li tista’ taffettwa moralment kull persuna  – Assenza ta’ dannu reparabbli  – Talba għal ordni” )

 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali–Kundizzjonijiet–Illegalità–Dannu–Rabta kawżali–Kundizzjonijiet kumulattivi–Obbligu għall-qorti li teżaminahom f’ordni partikolari–Assenza

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 24, 25)

1. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali–Kundizzjonijiet–Illegalità–Dannu–Rabta kawżali–Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet–Ċaħda tar-rikors għad-danni fl-intier tiegħu

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 26, 33, 36, 41)

2. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali–Kundizzjonijiet–Dannu reali u ċert–Oneru tal-prova

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punt 27)

3. 

Responsabbiltà mhux kuntrattwali–Dannu–Dannu li jista’ jiġi kkumpensat

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 34, 35)

4. 

Rikors għad-danni–Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni–Kundanna tal-Unjoni għall-kumpens ta’ dannu konformement mal-prinċipji ġenerali komuni għad-drittijiet tal-Istati Membri fil-qasam tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali–Kumpens in natura fil-forma ta’ ordni jew ta’ projbizzjoni

(Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 38, 39)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta’ April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (ĠU 2016, L 109, p. 1).

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Marc Abel u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.