Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2017 – Kanyama vs Il-Kunsill
(Kawża T-145/17 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri restrittivi – Repubblika Demokratika tal-Kongo – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”
|
1. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji–Sospensjoni tal-eżekuzzjoni–Miżuri provviżorji–Kundizzjonijiet għall-għoti–“Fumus boni juris”–Urġenza–Dannu gravi u irreparabbli–Natura kumulattiva–Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni–Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika–Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 13-16) |
|
2. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji–Sospensjoni tal-eżekuzzjoni–Miżuri provviżorji–Kundizzjonijiet għall-għoti–Urġenza–Dannu gravi u irreparabbli–Oneru tal-prova–Dannu finanzjarju–Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, issostanzjati bi provi dokumentarji dettaljati (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 19-26) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/2230, tat-12 ta’ Diċembru 2016, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2016, L 336 I, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |