|
19.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 63/21 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – achtung! vs EUIPO (achtung!)
(Kawża T-832/17)
(2018/C 063/28)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: achtung! GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. J. Seelig u D. Bischof, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “achtung!” –Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 297 443 li tindika l-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 490/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 490/2017-4); |
|
— |
temenda d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 490/2017-4) b’mod li r-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 297 443 “achtung!” (verbali/figurattiva) tkun protetta għall-Unjoni Ewropea; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura u għall-ispejjeż neċessarjament sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motiv invokat
Ir-rikorrenti tibbaża r-rikors tagħha fuq allegat ksur tal-Artikolu 72(2) tar-Regolament 2017/1001. Il-konvenut wettaq żball ta’ liġi meta evalwa l-karattru distintiv tat-trade mark taħt l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 u kiser il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.