19.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/19


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2017 – Coesia vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ forma ċirkolari, iffurmata minn żewġ linji oblikwi ta’ kulur aħmar)

(Kawża T-829/17)

(2018/C 063/26)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Coesia SpA (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “(Rappreżentazzjoni ta’ forma ċirkolari, iffurmata minn żewġ linji oblikwi ta’ kulur aħmar) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 681 151

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 1272/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.