19.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/17


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2017 – H2O Plus vs EUIPO (H 2 O+)

(Kawża T-824/17)

(2018/C 063/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H2O Plus LLC (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u F. Kerl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark figurattiva li tindika l-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “H 2 O+” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru W 1 313 244

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 499/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001.