|
12.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 52/39 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2017 – Seco Belgium u Vinçotte vs Il-Parlament
(Kawża T-812/17)
(2018/C 052/51)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Seco Belgium (Brussell, il-Belġju) u Vinçotte (Vilvoorde, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Delvaux u R. Simar, avukati)
Konvenuta: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni, b’data mhux magħrufa, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew iddeċieda li jagħti l-kuntratt (06D20/2017/M005 – Missjonijiet ta’ kontroll u pariri tekniċi fil-kuntest ta’ akkwisti, proġetti u xogħlijiet ta’ proprjetà immobbli lill-Parlement Ewropew fi Brussell (ĠU 2017/S 118-236114)) lil [offerent ieħor]; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv uniku, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 1.1, 1.2 u 1.3 tal-Anness “Speċifikazzjonijiet Tekniċi” tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt marbuta mal-Avviż ta’ Kuntratt 06D20/2017/M005 – Missjonijiet ta’ kontroll u pariri tekniċi fil-kuntest ta’ akkwisti, proġetti u xogħlijiet ta’ proprjetà immobbli lill-Parlement Ewropew fi Brussell (ĠU 2017/S 118-236114), żball manifest ta’ evalwazzjoni, ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tad-dmirijiet ta’ diliġenza u ta’ analiżi dettaljata, tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, tal-prinċipju ta’ trasparenza, tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 113 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1), tal-Artikolu 161 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012, L 362, p. 1), tad-dritt għal rimedju effettiv, u ta’ ċerti dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tal-kuntratt inkwistjoni.