5.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/44


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2017 – Stada Arzneimittel vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ arkati ċirkulari opposti)

(Kawża T-804/17)

(2018/C 042/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Stada Arzneimittel AG (Bad Vilbel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 625 437

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 1887/2016-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.