5.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 42/42 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2017 – Dermatest vs EUIPO (ORIGINAL excellent dermatest 3-star-guarantee.de)
(Kawża T-801/17)
(2018/C 042/58)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dermatest Gesellschaft für allergologische Forschung u. Vertrieb von Körperpflegemitteln mbH (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “ORIGINAL excellent dermatest 3-star-guarantee.de” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 073 381
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 524/2017-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi dawk tal-appell. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009. |