29.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/46 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2017 – Mouldpro vs EUIPO – Wenz Kunststoff (MOULDPRO)
(Kawża T-796/17)
(2018/C 032/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mouldpro ApS (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentant: W Rebernik, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wenz Kunststoff GmbH & Co. KG (Lüdenscheid, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MOULDPRO” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 022 317
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ R 2153/2015-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 8(3) tal-istess regolament, minħabba reġistrazzjoni illegali minn aġent jew rappreżentant, |
— |
Ksur tal-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 8(4) tal-istess regolament, minħabba kisba ta’ drittijiet ta’ trade mark preċedenti mhux irreġistrata użata fil-kummerċ, |
— |
Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn l-applikazzjoni tal-proprjetarju għal trade mark tal-Unjoni Ewropea saret b’mala fide. |