19.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/13


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2017 – Medora Therapeutics vs EUIPO – Biohealth Italia (LITHOREN)

(Kawża T-776/17)

(2018/C 063/18)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Medora Therapeutics LTD (Halandri, il-Greċja) (rappreżentant: S. Santos Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Biohealth Italia Srl (Rivoli, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali tal-Unjoni – trade mark tal-Unjoni Nru 12 744 901

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 178/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.