|
29.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/40 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2017 – Beats Electronics vs EUIPO – TrekStor (i.Beat)
(Kawża T-770/17)
(2018/C 032/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Petersenn, avukat, I. Fowler u I. Junkar, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TrekStor Ltd (Hong-Kong, Hong-Kong)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “I.Beat” –Trade mark tal-Unjoni Nru 5 009 139
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 fil-Kawżi Magħquda R 2175/2016-4 u R 2213/2016-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-appell tar-rikorrenti rreġistrat taħt in-numru R 2175/2016-4 u awtorizzat it-trade mark ikkontestata biex tibqa’ rreġistrata għal MP3-players, b’mod partikolari bbażata fuq USB flash memory b’ħardisks żgħar; |
|
— |
tordna li l-ispejjeż tal-proċedimenti jitħallsu mill-konvenut u mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell jekk tingħaqad bħala intervenjenti. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 51(a) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009. |