22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/58


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2017 – roelliroelli confectionery schweiz vs EUIPO – Tanner (ALPRAUSCH)

(Kawża T-769/17)

(2018/C 022/78)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: roelliroelli confectionery schweiz GmbH (St. Gallen, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Overhage u R. Böhm, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: André Tanner (Schindellegi, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “ALPRAUSCH” Nru 1 218 671

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Awwissu 2017 fil-Każ R 1596/2016-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.