22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/55


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2017 – Meesenburg Großhandel vs EUIPO (Triotherm+)

(Kawża T-760/17)

(2018/C 022/72)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meesenburg Großhandel KG (Flensburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Freiherr von Oldershausen, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Triotherm+” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 186 471

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 1786/2016-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.