22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/54


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2017 – Perfect Bar vs EUIPO (PERFECT Bar)

(Kawża T-759/17)

(2018/C 022/71)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Perfect Bar LLC (San Diego, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Miazzetto, J. Gracia Albero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “PERFECT Bar” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 376 064

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2017 fil-Każ R 2440/2016-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titolob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, jiġifieri, l-applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 015376064 “PERFECT BAR”

tordna lill-EUIPO jħallas l-ispejjeż marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u l-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.