29.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 32/36 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2017 – Commune de Fessenheim et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-751/17)
(2018/C 032/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Commune de Fessenheim (Fessenheim, Franza), Communauté de communes Pays Rhin-Brisach (Volgelsheim, Franza), Conseil départemental du Haut-Rhin (Colmar, Franza) u l-Conseil régional Grand Est Alsace Champagne-Ardenne Lorraine (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: G. de Rubercy, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni (C(2017 7119 FINALI) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Ottubru 2017 li tirrifjuta li tikkomunika d-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea nnotifikata lill-awtoritajiet Franċiżi fit-22 ta’ Marzu 2017, dwar il-protokoll ta’ kumpens lil EDF għall-għeluq tal-impjant nukleari ta’ Fessenheim; |
— |
tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkomunika lir-rikorrenti l-imsemmija ittra tat-22 ta’ Marzu 2017 f’terminu ta’ ġimgħa mis-sentenza li għandha tingħata mill-Qorti Ġenerali; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), peress li kien hemm interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tal-informazzjoni inkwistjoni. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt ta’ aċċess għal dokumenti. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt għal rimedju effettiv. |