22.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 22/48


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2017 – Escribà Serra et vs SRB

(Kawża T-731/17)

(2018/C 022/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Juan Escribà Serra (Girona, Spanja) u 8 rikorrenti oħra (rappreżentanti: R. Vallina Hoset u A. Lois Perreau de Pinninck, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni responsabbli għad-danni mhux kuntrattwali u tikkundannah iħallas kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti bħala riżultat tal-azzjonijiet u tal-ommissjonijiet kollha tiegħu li tellfuhom l-obbligi ssubordinati kollha ta’ Banco Popular Español, S.A.;

tikkundanna lill-Bord iħallas lir-rikorrenti EUR 1 726 504 bħala kumpens għad-dannu sostnut (l-“ammont dovut”):

Ramón Romaguera Amat: EUR 1 071 602,94;

Cerámica Puigdemont: EUR 260 437,16;

Maria Dolors Guell Parnau: EUR 52 524,35;

Enrique Escribà Nadal: EUR 70 838,57;

Joan Escribà Serra u Maria Dolors Nadal Casaponsa: EUR 151 796,93;

Laia Escribà Nadal u Maria Dolors Nadal Casaponsa: EUR 25 299,49;

José Sabater Comas u Inmaculada Urgellés Bosch: EUR 94 004,56;

tordna li jiżdied l-ammont dovut permezz ta’ interessi kompensatorji mis-7 ta’ Ġunju 2017 sad-data li fiha tingħata s-sentenza li taqta’ l-kawża;

tordna li jiżdied l-ammont dovut flimkien mal-interessi moratorji korrispondenti mid-data li fiha tingħata s-sentenza sal-ħlas sħiħ tal-ammont dovut, skont ir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali;

tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-659/17, Vallina Fonseca vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.