15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/24


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2017 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-730/17)

(2018/C 013/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Sfyri u C.-N. Dede, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni (C(2017) 5879 finali) tat-22 ta’ Awwissu 2017 tas-Segretarju Ġenerali f’isem il-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad it-talba konfermattiva tar-rikorrenti għal aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea relatati ma’ lista eżawrjenti tal-kuntratti speċifiċi kollha ffirmati bejn il-Kummissjoni u fornitur speċifiku matul l-aħħar sitt snin u għal kopja tat-talbiet għal stima kollha relatati ma’ dawk il-kuntratti speċifiċi.

tordna lill-Kummissjoni li tipprovdi din l-informazzjoni b’mod ċar u komplet sabiex il-pubbliku u l-applikanti jkunu jistgħu jakkalkolaw in-numru ta’ persuni-ġranet li l-fornitur speċifiku ffattura lill-Kummissjoni kull sena;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż legali u spejjeż oħra tar-rikorrenti sostnuti fir-rigward ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas mill-konvenuta li twettaq evalwazzjoni individwali fir-rigward tad-dokumenti mitluba, bi ksur tal-Artikolu 4(6) u tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1).

2.

It-tieni motiv, li jsostni li ebda mill-eċċezzjonijiet għall-iżvelar taħt ir-Regolament Nru 1049/2001 ma tapplika fil-każ preżenti u li l-Kummissjoni naqset milli tissostanzja l-piż sproporzjonat li hija ssostni li jirriżulta minn eżami sħiħ u żvelar tad-dokumenti mitluba.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).