15.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/23


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2017 – Commune de Fessenheim et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-726/17)

(2018/C 013/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Commune de Fessenheim (Fessenheim, Franza), Communauté de communes Pays Rhin-Brisach (Volgelsheim, Franza), Conseil départemental du Haut-Rhin (Colmar, Franza) u Conseil régional Grand Est Alsace Champagne-Ardenne Lorraine (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: G. de Rubercy, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-10 ta’ Awwissu 2017 (GESTDEM 2017/2593) li tirrifjuta li tikkomunika l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tat-22 ta’ Marzu 2017 lill-awtoritajiet Franċiżi fir-rirgward tal-protokoll ta’ kumpens tal-grupp EDF fir-rigward tal-abrogazzjoni tal-awtorizzazzjoni għall-operat taċ-ċentrali nukleari ta’ Fessenheim.

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tikkomunika lir-rikorrenti l-imsemmija ittra tat-22 ta’ Marzu 2017;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-dritt għal rimedju effettiv.