|
22.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 22/43 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2017 – DuPont de Nemours et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-719/17)
(2018/C 022/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DuPont de Nemours (Deutschland) GmbH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) u 12 oħra (rappreżentanti: D. Waelbroeck, I. Antypas u A. Accarain, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1496 tat-23 ta’ Awwissu 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva Flupirsulfuron-metil (“FPS”), u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu din is-sustanza (1), |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament PPP (1107/2009) (2), tar-Regolament ta’ Tiġdid (1141/2010) (3), tar-Regolament CLP (1272/2008) (4) u tad-Direttiva dwar l-Ittestjar Fuq l-Annimali (2010/63) (5):
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-EFSA bbażat ruħha fuq gwida ġdida u mhux stabbilita, bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, tad-drittijiet tad-difiża u ta’ diversi dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni:
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ twettiq ta’ evalwazzjoni kompleta tar-riskju bi ksur tad-drittijiet tad-difiża u ta’ diversi dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni:
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità:
|
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni:
|
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u tal-aspettattivi leġittimi ta’ DuPont:
|
(1) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1496 tat-23 ta’ Awwissu 2017 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil), skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2017 L 218, p. 7).
(2) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009 L 309, p. 1).
(3) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas- 7 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta’ sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta’ dawk is-sustanzi (ĠU 2010 L 322, p. 10).
(4) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008 L 353, p. 1).
(5) Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU 2010 L 276, p. 33).