18.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 437/40 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2017 – Motex vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-713/17)
(2017/C 437/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: MOTEX Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Esztergom-Kertváros, l-Ungerija) (rappreżentant: L. Szabó, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
Prinċipalment, tiddikjara li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.29432 — CP 290/2009 — L-Ungerija — “Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema diżabbli allegatament illegali minħabba n-natura diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni”, tal-20 ta’ Lulju 2011, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.45498 (FC/2016) — “Ilment magħmul minn OPS Újpest-lift Kft. b’rabta mal-għajnuniet mill-Istat mogħtija bejn l-2006 u l-2012 favur l-impriżi li jimpjegaw ħaddiema diżabbli”, tal-25 ta’ Jannar 2017, (iktar ’il quddiem, id-“deċiżjonijiet ikkontestati”) ma jiddikjarawx il-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
— |
Sussidjarjament, tiddikjara li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jikkostitwixxux atti ġuridikament vinkolanti għar-rikorrenti fil-kawża għall-ħlas ta’ danni mressqa mill-istess rikorrenti kontra l-Emberi Erőforrások Minisztériuma (Ministeru tar-riżorsi umani, l-Ungerija), bin-numru 18. G. 40.399/2017 quddiem il-Fővárosi Törvényszék (qorti ġenerali ta’ Budapest, l-Ungerija), u li, għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ma hijiex parti kkonċernata direttament u individwalment, ġaladarba tibbaża t-talba tagħha għal kumpens fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u mhux fuq il-ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE. |
— |
Fil-każ li d-deċiżjonijiet ikkontestati jiġu kklassifikati bħala atti ġuridiċi vinkolanti mir-rikorrenti fil-proċeduri dwar it-talba tagħha għal kumpens għad-danni bbażata fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, tiddikjara n-nullità tad-deċiżjonijiet ikkontestati, inkwantu l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi tikser l-Artikolu 107(1) TFUE. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka bażi legali b’rabta ma’ kull waħda mit-talbiet tagħha.
1. |
Bażi legali għall-ewwel motiv
|
2. |
Bażi legali għat-tieni motiv
|
3. |
Bażi legali għat-tielet motiv
|