27.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/52


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2017 – Khadi and Village Industries Commission vs EUIPO – BNP Best Natural Products (Khadi)

(Kawża T-681/17)

(2017/C 402/68)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Khadi and Village Industries Commission (Mumbai Maharashtra, l-Indja) (rappreżentanti: J. Guise, N. Rose and V. Ellis, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BNP Best Natural Products GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Khadi” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 479 954

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Ġunju 2017 fil-Każ R 2083/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkonstata li t-trade mark tal-Unjoni kkontestata hija invalida;

tagħti deċiżjoni dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Il-Bord tal-Appell żnatura l-provi;

Ksur tal-Artikoli 7(1)(g) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Kusr tal-Artikoli 7(1)(i) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.