|
27.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/46 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Sata vs EUIPO – Zhejiang Auarita Pneumatic Tools (Pistola taż-żebgħa)
(Kawża T-651/17)
(2017/C 402/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sata GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Zhejiang Auarita Pneumatic Tools Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn inkwistjoni: disinn Komunitarju ta’ “spray gun for paint”; disinn Komunitarju Nru 1259626-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 914/2016-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO – u jekk applikabbli – lil Zhejiang Auarita Pneumatic Tools Co. Ltd għall-ispejjeż in solidum. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) u (2) kif ukoll tal-Artikoli 60(1), 62 u 64 tar-Regolament Nru 6/2002. |