|
27.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/45 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2017 – Dadimer et vs SRB
(Kawża T-648/17)
(2017/C 402/59)
Lingwa tal-kawża:l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Dadimer, S.L. (Madrid, Spanja), u 11-il rikorrent ieħor (rappreżentanti: M. Romero Rey u I. Salama Salama, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni SRB/EES/2017/08, li permezz tagħha ġie deċiż li tiġi adottata riżoluzzjoni dwar Banco Popular Español, S.A., fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE; |
|
— |
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni sostnuti, f’ammont ugwali għall-valur nominali tal-bonds, aġġornat fid-data tar-riżoluzzjoni, flimkien mal-interessi moratorji minn dik id-data sal-mument li fih jiġi effettwat dan ir-rimbors, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż tal-kawża, skont l-Artikoli 133 u 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-478/17, Mutualidad de la Abogacía u Hermandad Nacional de Arquitectos Superiores y Químicos vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-481/17, Fundación Tatiana Pérez de Guzmán y Bueno u SFL vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-482/17, Comercial Vascongada Recalde vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-483/17, García Suárez et vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-484/17, Fidesban et vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, T-497/17, Sánchez del Valle u Calatrava Real State 2015 vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u T-498/17, Pablo Álvarez de Linera Granda vs Il-Kummissjoni u Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni.